X'tisbiħilna Stephanie!
Dalgħodu kelli t-Taljan.
Waqt l-eżami żelqitli l-maħta fuq il-karta!
Faritli wkoll il-biro ġol-but! Kelli kuxxtejja kollha linka blu! Tgħidx kemm garret ommi!
Fit-Taljan ma mortx ħażin.
Għada l-aħħar ġurnata ta’ l-iskola. Illum qgħadt nistiva l-kotba bil-lest għal għada u neħħejt koċċ karti ħżiena. Kien hemm ħafna! Wara studjajt naqra Business Studies u xi ftit Franċiż.
Nispera li għada ma jitqattalix il-basket minħabba l-piż tal-kotba!
Filgħaxija ġie ħija bit-tifla. Kemm saret ħelwa!
Qed niftakar kemm kont bkejt meta twieldet. Filgħodu kien ċempilli ħija mill-isptar. Kien qalli: “Sirt ziju xbin. Għandi tifla!”
Diska tal-ġurnata: Wild World – Mr. Big

Kummenti mill-Futur: 0
Post a Comment
<< Lura