Friday, June 30, 1995

Raissa telqet lil Patrick... għax għadha tridni!

Dalgħodu qomt f’xi l-għaxra.

Komplejt is-Social.

Sħabi marru l-Isplash & Fun. Ħallsu xi Lm4. Għalhekk ma mortx jien.

Ġie ħija Jesmond. Qgħadt inżomm lil Stephanie, u tgħidx kemm daħkitli!

Filgħaxija, l-ewwel mort il-Mużew u wara saċ-Ċentru. Kellimt ħafna tfajliet. Jessie ġiet tgħidli li Raissa telqet lil Patrick minħabba fija. Wara mort inkellimha. Qaltli li ma tista’ tinsini b’xejn. Jien għedtilha li ma rridx nirranġa magħha għax għalissa ma rridx nintrabat u għax hi iżgħar minni.

Milli jidher Patrick induna li tiffansjani għax qalilha: “Jaqaw jogħġbok dak?” Kien għalhekk li nfirdu, qalu.

Ma nafx jien, imma l-idea tiegħi ta’ mħabba hija ferm differenti minn ta’ sħabi.

Diska tal-ġurnata: I'm In Love with My Car - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura