Wednesday, July 05, 1995

Marċ ta' matul il-ġimgħa... man-nisa!

Illum qomt f’nofs in-nhar!

Ma studjajt xejn. Minflok irrekordjajt Sheer Heart Attack u qgħadt nikeb il-lyrics kollha!

Ġie ħija, iżda s-CD l-oħra nesihieli.

Illum smajt fuq ir-radju li Dark Side of the Moon biegħ xi 23 miljun kopja!

Illum mort wara l-marċ. Qbiżnilu xi ftit!

James mar iqabbad bomba, iżda ma setgħet tieħu b’xejn!

JPG qalli li dawk it-tfajliet ta’ Wied il-Għajn iridu jeħduha bis-serjetà, imma Silvio qalilna li rahom ma’ xi ġuvintur oħra. Qed jaħseb li użawhom!

Tkellimt xi ftit m’oħt Aaron.

Iltqajt ukoll ma’ Claudette, iżda minflok spiċċajt ngħannaq lil Gabriella!

Il-marċ dam sa xi l-ħdax.

Diska tal-ġurnata: Bring Back That Leroy Brown - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura