Sunday, July 02, 1995

Ġlieda fil-vann ta' Godwin!

Illum mort il-quddies tad-disgħa. Kien hemm Raissa.

Godwin tellagħlna l-poloz tal-kampjonati. Fid-darts ġejt kontra tiegħu!

Fil-programm illum iddejjaqt ħafna. U dak Bonetti qed idejjaqni ħafna.

Wara nofs in-nhar mort il-Kalanka ma’ tal-Mużew.



Kien hemm ħafna tfajliet ħelwin. Bdew idoqqu xi diski tad-Doors!

Lura d-dar, Laiviera u Mutettu qabdu jiġġieldu fil-vann, u Godwin niżżilhom fit-triq!

Ħija bagħtli Sheer Heart Attack ma’ missieri.

Diska tal-ġurnata: Break On Through – The Doors



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura