Iċ-Ċentru dejjem b'xi ħaġa!
Bil-lejl komplejna nilagħbu l-Monopoly.
Rebaħ Stuart.
Jien pejjipt sigarett.
Wara qbadna nagħmlu ċ-ċajt lil Formosa. L-ewwel daqqejnilu Paranoid tal-Black Sabbath bl-ispijker f’widnejh full-on. Għamilnihielu xi darbtejn. Wara garajnilu mħadda u kalzetta tinten. Imma meta mbagħad erġajna morna ndoqqulu l-isterjo ma’ widnejh induna u qam! Tgħidx x’qata’ tah lil Bertrand meta mar jeħodlu l-imħadda lura!
Imbagħad jien, Stuart u Bertrand qgħdna nistaqsu xi mistoqsijiet xi ftit personali lil xulxin.
Wara qbadna ngaraw l-affarijiet lejn il-fann! Tgħidx kemm dħakna!
Filgħaxija mort sal-Mużew, imma ma tantx domt għax huma marru sal-Fiera.
Wara mort saċ-Ċentru.
Iddubbajt Bark At The Moon ta’ Ozzy Osbourne fuq CD m'għand John.
Illum inqalgħu żewġ kwistjonijet. L-ewwel waħda bejn oħt Aaron u Elaine kontra Father Dougall minħabba l-ilbies qasir, u t-tieni bejn id-dilettanti ta’ l-armar tal-festa u Father Dougall, għax huwa qed jiftħilna ċ-Ċentru fil-ħinijiet tal-marċi.
Illum kont se nerġa’ niddeċiedi li ma nersaqx ’l hemm iżjed!
Diska tal-ġurnata: Spiders – Ozzy Osbourne

Kummenti mill-Futur: 0
Post a Comment
<< Lura