Monday, July 03, 1995

Jim Morrison għalaq 24 sena mejjet

Ommi garret xi ftit illum.

Mort il-White Rocks ma’ tas-Seminarju.

Kien differenti ħafna minn tas-sena l-oħra. Il-kċina u x-xawer kienu komuni għas-sular kollu, u l-għamara ma stajniex inċaqalquha. Sodod kellna tlieta biss!

Ma tantx għomt fil-pool għax ir-riħa tiegħu ddejjaqni lili.

Stuart sab xi Lm5.50ċ f’tal-linja!

Filgħaxija, wara li kilna ħriġna ftit, u l-Vażelinu qagħad ikellimna dwar Alla u l-ħajja personali u spiritwali tiegħu.

Wara li wasalna, issetiljajna xi ftit u bdejna nilagħbu l-Monopoly.

Qgħadna attenti li ma nagħmlux storbju, l-iżjed minħabba Dun Franġisk.

Illum, Jim Morrison għalaq 24 sena mejjet.



...out here in the perimiter there are no stars... out here we’re stoned immaculate...

Diska tal-ġurnata: Stoned Immaculate – Jim Morrison/The Doors



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura