Friday, July 07, 1995

Ommi qabditni bil-bombi!

Illum ġiet iz-zija Helen.

Filgħaxija morna ftit sal-Mużew. Penza kiteb l-albums tal-Black Sabbath fuq il-whiteboard tal-klassi ta’ l-Aspiranti!

Wara morna nduru l-festa. Kont ma’ Ignatius, Andrea, Terry, Lorna u ma’ sħabha t-tfajliet. Iżda wara ġew xi għaxar ġuvintur oħra u huma telqu.

Terry ma tantx jaħmlu lil Andrea.

Fit-tard, ommi qabditni nfaqqa’ l-bombi fil-ġnien tar-raħal u qajmet pandimonju!

Diska tal-ġurnata: Bark At The Moon – Ozzy Osbourne



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura