Thursday, July 06, 1995

Godwin irid iħallasli l-kont!

Illum ħija ġabli Queen II fuq CD u qgħadt nerġa’ nisimgħu.

Erġajt mort sal-marċ. Kien hemm xi erbgħa minn nies.

James qabbad biċċa musketterija sabiħa, iżda mhux quddiem il-marċ.

Lill-Prefett Godwin għedtu li m’ilux kont ċempilt xi nurmu Taljan minn dawk tan-nisa (ta’ l-Uno-Quattro-Quattro), u li issa qed nibża’ li ġej xi kont tat-telefon bomba! Huwa offrieli li jħallasuli, imma jiena ma rridx. Issa naraw...

Kultant veru ma naħsibhomx jien!

Diska tal-ġurnata: Centre Of Eternity – Ozzy Osbourne



Kummenti mill-Futur: 3

Blogger Antoine Cassar qal/qalet...

144 jew 114? Lanqas niftakar.

20:40  
Blogger Fredu qal/qalet...

ħeħe kompli sejjer hekk sieħbi. Daqt tmur il-Junior College umbagħad għidli fejn qieghed!

16:48  
Blogger Roderick Mallia qal/qalet...

144, Twan :p

12:44  

Post a Comment

<< Lura