Saturday, July 08, 1995

Wasluli r-riżultati

Qomt f’nofs in-nhar.

Ftit wara waslu r-riżultati tal-annuals. Għaddejt, imma ma tantx ġibt marki tajbin. Missieri garr xi tnejn, imma jien sodisfatt.

Filgħaxija morna sa Wied il-Għajn. Penza ma ġiex għax kellu griżmejh juġgħuh.

Morna sal-Mintba, u jien ħadt tnejn birra.

Mariella n-Nenè fajritli daqqa ta’ ħarta, imma jien ma ħadtx għalija.

Wara morna naraw il-ġiġifogu.

Dak JPG sar jisma’ minn kollox! Qed isir qisu l-fidil!

Diska tal-ġurnata: Rock ‘N Roll Rebel – Ozzy Osbourne



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura