Friday, July 28, 1995

Dellimara ma morniex, imma ħriġna 150 metru ’l barra!

Dalgħodu mort ngħid lil Jean-Paul li ma rridx immur Dellimara. Beda jeħodni bin-nejk, u qalli li għalih xorta.

Wara ltqajna ħdejn Formosa, u ddeċidejna li mmorru Tigné.

Propja propja ma morniex Tigné, għax bqajna sejrin iżjed ’il bogħod.

Domna xi ftit ma wasalna. Sigaretti ma xtrajniex, imma xorta ħadna gost.

Bqajna ħerġin xi 150 metru ’l barra!

Wara nħsilt u mort iċ-Ċentru.

Lorna u Ashley qaluli biex nibqa’ noħroġ magħhom, għax jiena “ver’allright”.

Diska tal-ġurnata: Black Dog – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura