Bdejt l-antoloġija taż-Zeppelin
Illum studjajt mhux ħażin.
Dalgħodu ommi ġiet twaqqafni meta kont qed indoqq. Tgħidx kemm għajtet! Qaltli biex inbaxxilu, u jiena qbadt u tfejt kollox.
Mort sal-Mużew. Kellna l-logħob ta’ fuq il-bejt. Rebħu t-timijiet tiegħi u ta’ Formosa!
Formosa beda ġej bl-iskużi meta għedtlu li wara s-sajf dieħel fit-tim Qawsalla. Imma mhux imbilli jgħid hu!
Wara l-Mużew ħdimt ħafna fuq il-Box Set II taż-Zeppelin, għax Godwin ġabli r-Remasters ukoll! L-ewwel nesieh, imma wara mar għalih id-dar.
Domt mit-20.15 sa kważi 00.00 biex nara kif ser jiġu d-diski. Xtrajt tliet cassettes ta’ siegħa, imma għandi bżonn ieħor.
Ir-recording levels tar-Remasters għadni ma ħadthomx.
Diska tal-ġurnata: Whole Lotta Love – Led Zeppelin

Kummenti mill-Futur: 0
Post a Comment
<< Lura