Ġurnata l-Għadira mal-‘bniet’ taċ-Ċentru
Dalgħodu mort il-quddies tat-tmienja.
Wara morna l-Għadira b’tal-linja. Kellna naqbdu oħra mill-Belt.
Konna jien, Lenny, Calamatta, Stuart, Ignatius, Lorna, Moira, Ashley, Mariella u Clare.
Krejna żewġ paddle boats u tgħidx kemm dħakna.
Wara ġibna ballun, u mbagħad qgħadna nbabsu ’l xulxin! Tgħidx kemm ħadt gost inbabas lil Moira u lil Lorna, u anke huma ħadu pjaċir għax niżżluli l-malja!
B’Calamatta biss idejjaqna għax dak salvaġġ ħafna. Anzi tani erba’ sigaretti!
Mort id-dar għajjien.
Wara ġew ommi u missieri u kilna flimkien. Staqsewni ħadtx pjaċir.
Mid-dehra saru jafu li l-magħna l-baħar qed jiġu wkoll “xi bniet.”
Issa nhar l-Erbgħa sejrin il-Ġnejna.
Diska tal-ġurnata: Whole Lotta Love – Led Zeppelin

Kummenti mill-Futur: 0
Post a Comment
<< Lura