Wednesday, July 12, 1995

Smajt il-Queen II remastered

Illum Stuart mar xtara l-Queen II tad-Digital Remasters Series.

Fiha l-lirika wkoll, bħall-oħrajn.



Wara morna d-dar u ppruvajniha. Hija ċara ħafna – ħafna iżjed minn ta’ Jesmond.

Illum mort saċ-Ċentru. Ilbieraħ ma fetaħx, u minflok fetħilna llum. Konna ħafna.

Lil Raissa m’għedtilha xejn.

Celia reġgħet bdiet tkellimni. Qaltli biex immorru sa Wied il-Għajn.

Ftehmna biex nhar il-Ħadd immorru sa l-Għadira. Andrea MHUX ġej!

Wara mort għand JPG u ftehmna li għada mmorru l-baħar. Imma issa għadni kif ħbatt sieqi mas-sodda u ma nafx kemm ser immur!!

Diska tal-ġurnata: The Loser In The End - Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura