Saturday, July 15, 1995

Erbaħt lil Godwin fid-darts!

Qomt xi ftit tard, iżda studjajt xi ħaġa.

Filgħaxija mort sal-Mużew għax kellna l-leagues ta’ l-Aspiranti. Fid-darts lil Godwin erbaħtlu 2-0!! U lil Laiviera rbaħtlu 2-1, avolja kont 1-0 minn taħt!

Wara morna sal-każin tal-futbol. Iddubbajt sigarett b’xejn. Tlift logħba billiard kontra Formosa.

Wara rajt biċċa film.

Formosa llum ġie jgħidli li l-kuġini tiegħu jridu jidħlu fit-tim Qawsalla, u se jgħinhom għax ma jridx jiksirha magħhom. Imbagħad lili jgħidli li ma jistax jgħini! Kollha skużi dawn!

Ser niddobba l-Boxed Set 2 tal-Led Zeppelin.

Diska tal-ġurnata: Seven Seas of Rhye – Queen



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura