Tuesday, July 18, 1995

Ġibt il-Boxed Set 2 taż-Zeppelin!

Qomt tard.

Filgħaxija mort nixtri Into The Wind mingħand Sapienzas.



Mort ukoll s’għand il-Jagger, imma Ta' Bukki l-kbir l-Boxed Set 2 nesieh! Qalli biex ngħaddi għalih id-dar tiegħu filgħaxija.



Wara mort il-Mużew u mbagħad għaddejt għall-boxed set.

Wara mort saċ-Ċentru. Qgħadt mal-grupp tas-soltu. Qaluli li għada m’aħniex sejrin il-baħar. Minflok ser immorru l-Ġimgħa, għax għada Alister jista’ mentri l-Ġimgħa ma jistax! Ma jriduhx jiġi għax dak salvaġġ!

Sejrin l-Għadira, u magħna għandu jiġi Albert Muscat. Ser immorru bil-mini-bus ta’ ħuh.

Wara smajt xi ħaġa taż-Zeppelin. Id-diski ta’ l-aħħar m’għoġbunix ħafna.

Diska tal-ġurnata: Good Times Bad Times – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura