Monday, July 24, 1995

L-antoloġija taż-Zeppelin lesta

Mort sal-Mużew u Godwin għamlilna priedka.

Il-Qamar tana xi biċċiet biex nhar l-Erbgħa li ġej naqrawhom fil-programm ta’ Dun Ġorġ li ser isir fil-Knisja. Nhar l-Erbgħa kont sejjer il-baħar! Meta għedtlu li tahomlna biex żgur jorbotna niġu ħa għalih u qalli li dawn l-affarijiet ma jagħmilhomx.

Illum mort il-Belt ma’ Penza. Huwa xtara l-Black Album tal-Metallica u Queen Live at the BBC! Fih xi sebgħa mill-Queen I u Ogre Battle live. Dawn kienu ġew irrekordjati fl-1973, qabel ħarġuhom f’verżjoni studjo.

Irrekordjajt il-cassettes tal-Led Zeppelin.



Il-Boxed Set II mort tajthielu lura.

Diska tal-ġurnata: Kashmir – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura