Saturday, July 22, 1995

Sibt moħxi l-Osiris

Fis-sebgħa ltqajna kollha quddiem is-Summer Nights. Ħafna twebblu biex imorru d-disko tal-Ġerma li organizza Piscopo. Spiċċajna erbgħa biss. Domna nifthemu, għax jien u Penza ma ridniex immorru, u meta raw hekk J.P.G. u Andrea baqgħu magħna.

Morna l-Osiris. J.P.G mar jiżfen ir-Rave m’Andrea. Damu xi 45 minuta. Jien u Penza ddejjaqna ħafna.

Meta mort id-dar qgħadt nirrifletti. Allura jekk inkunu l-grupp kollu ser ikolli noħroġ niżfen? U tgħid ir-Rave ser itaffili l-passjoni lejn ir-Rock? Xi jgħidu n-nies fuqi kieku? Tgħid xi darba ser ikolli ninfired minn mal-grupp ta’ Lorna u Moira u J.P.G. minħabba l-mużika Rock?

Imma mbagħad għedt, xi siegħa l-Osiris ma’ Penza, bejn sigarett u ieħor, forsi tgħaddi malajr!

Diska tal-ġurnata: Rock And Roll - Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 1

Anonymous Anonymous qal/qalet...

Hello, kemm ilek li ktibt dan il-blog! Ghadek tidhol tara hawn? Min jaf kemm ghandek zmien issa!

19:14  

Post a Comment

<< Lura