Friday, July 21, 1995

Ġurnata oħra l-Għadira

Illum morna l-Għadira.

In-Nenè, il-Lenny, iċ-Chintz, Ashley u Calamatta ma ġewx. Imma did-darba ġew Albert Muscat u waħda ġdida jisimha Vanessa. Għal xi ftit qagħdet magħna wkoll waħda jismiha Esther. Għandha xi 18-il sena.

Muscat ġab is-sigaretti.

Illum ivvintajtilhom logħba li semmejtha “ta’ l-annimali.” Hija xi ħaġa hekk: nitfgħu l-ballun addoċċ u kulħadd irid jissara biex jieħdu u jitlaq jiġri. Intant jien taparsi qed nirsisti, u minflok naqbad is-srum! Ħadmet!

Qabel tlaqna ċempilna lil Mikiel u bdejna nitnejku bih!

Tlaqna lura xi l-ħamsa u nofs.

Wara bqajt sejjer saċ-Ċentru biex infittex lil Audrienne, imma ma sibthiex. Dik għandha tagħtini ħames liri.

Hemmhekk indunajt li tlift ix-xugaman!

Meta mort id-dar kien hemm ommi u missieri, u ftit wara ġie ħija.

Kif telqu mort ninħasel.

Smajt li Calamatta rranġa ma’ Tara!

Diska tal-ġurnata: Heartbreaker – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura