Sunday, July 23, 1995

Morna Xrobb l-Għaġin

Dalgħodu l-Mużew domna ħafna fil-programm tal-Ħadd.

Wara morna għand J.P.G. u ftehmna biex immorru l-baħar. Qtajniha li mmorru Tigné.

Meta wasalna l-Belt, l-ewwel niżżluna minn fuq it-62, u mbagħad tal-linja kienet mimlija. Minflok konna ser immorru Delimara, imma kien sar il-ħin. Allura ddeċidejna li mmorru sa Marsamxett, imma l-baħar kien maħmuġ!

Allura ġejna lura l-Fgura, u lil tal-Mużew ilħaqnihom bl-eżatt.

Morna Xrobb l-Għaġin.



Mutettu u Bonetti l-Kbir qabżu mill-għoli nett, u s-Superjur qalilhom biex il-Ħadd li ġej ma jiġux!

Tlift iċ-ċavetta tad-dar!

Formosa qalli biex il-Ħamis immur miegħu l-laqgħa tal-Qawsalla!

Ilbieraħ sirt naf li Raissa ntregħdat m’Andrea, u li qagħdet tibki minħabba fija għax jien qbiżt għal Rachel.

Diska tal-ġurnata: Black Dog – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura