Thursday, July 27, 1995

Reġgħu raw il-ħuta!

Lis-Superjur Pawlu staqsejtu għaliex ilbieraħ ma tellanix naqra. Qalli li għax kien sar il-ħin u li ddispjaċih. Qalli wkoll li kien hemm oħrajn li ma qrawx. Sa fejn naf jiena, kulħadd qara minbarra jien!

It-tim tiegħi llum reġa’ rebaħ il-logħob ta’ fuq il-bejt.

Erġajt lgħabt ċess u drafts waħdi.

Formosa ċempilli biex immur miegħu l-laqgħa tal-Qawsalla. Imma naħseb aħjar immur wara s-sajf.

Missieri qalli li dik il-ħuta l-kbira llum rawha fl-inħawi ta’ Marsaxlokk u Delimara. Lanqas is-sajjieda ma setgħu jaqbduha daqs kemm hi kbira! Rawha f’xi l-ħdax, f’xi s-sagħtejn u f’xi s-sitta.

Ta’ l-aħbarijiet avżaw lill-għawwiema biex joqogħdu attenti.

Jiena m’iniex ser nersaq ’l hemm. Jekk iridu sħabi jmorru huma!

Aħjar immorru lejn Blue Grotto jew Tigné.

Diska tal-ġurnata: Night Flight – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura