Tuesday, July 25, 1995

Tal-Mużew rawni dieħel iċ-Ċentru!

Illum Godwin u l-Qamar rawni dieħel iċ-Ċentru! Min jaf x’ser jgħidli l-Qamar?!

Taċ-Ċentru ftehmna li dil-ġimgħa ma mmorrux baħar. Mel’issa mmur ma’ Formosa.

Illum reġa’ ġie Degabriele ċ-Ċentru.

Stuart ġabli l-ktejjeb ta’ Queen II, u kkuppjajt il-lirika kollha.

Sirt naf li l-oħrajn ser jibqgħu jmorru l-Osiris, imma m’humiex ser idumu ħafna. Colette qalet li ma tantx tieħu gost hemmhekk għax ġieli qabdu magħha!

Diska tal-ġurnata: Kashmir – Led Zeppelin



Kummenti mill-Futur: 0

Post a Comment

<< Lura